Il-proġett CIVISTI se jagħmel dan billi
a) jikkonsulta panils nazzjonali taċ-ċittadini permezz ta' proċess infurmat ta' deliberazzjoni li jiffoka fuq viżjonijiet fit-tul, ħtiġijiet u tħassib taċ-ċittadini;
b) jiżviluppa kriterji għat-tisrif tal-viżjonijiet f'oqsma rilevanti għal attivitajiet ġejjiena fix-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni;
ċ) bl-użu tal-kriterji, permezz ta' proċessi ta' parteċipazzjoni ma' kull min għandu x'jaqsam u ma' esperti, janalizza l-viżjonijiet tal-pubbliku u jsarrafhom fi prijoritajiet li jistgħu jintużaw għal programmi ta' riċerka;
d) jivvalida u jissupplementa l-prijoritajiet permezz ta' konsultazzjoni pubblika oħra.
Il-proġett għandu jiżviluppa proċess ġdid ta' parteċipazzjoni pubblika bil-għan li jagħmel possibbli b'mod vijabbli l-parteċipazzjoni pubblika fi proċessi transnazzjonali li jħarsu lejn il-futur
CIVISTI se jinvolvi nies ġodda fl-Ewropa fi proċessi li jħarsu 'l quddiem biex titwessa' l-esperjenza u l-ħila ta' ħars 'il quddiem fost il-pajjiżi membri, istituzzjonijiet u riċerkaturi.
Deskrizzjoni tal-metodu (pdf)
Contact
Civisti
Giovanni Buttigieg
Malta Council for Science and Technology
Villa Bighi
Kalkara KKR 1320
Phone: +356 23602131
giovanni-battista.buttigieg@gov.mt